EUR4000 f’danni wara libel

Josef Caruana, ex-Editur tal-Orrizzont, ser ikollu jhallas is-somma ta’ EUR4000 f’danni lil Christopher u Eleanor konjugi Ciantar wara li l-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza tal-Qorti tal-Magistrati.

L-Ewwel Qorti kienet sabet illi hafna stejjer li dehru fuq l-Orrizzont matul perjodu ta’ ftit gimghat kienu intizi biss biex ihammgu l-isem u r-reputazzjoni ta’ zewg persuni, Christopher Ciantar, li kien ghal xi zmien, taht amministrazzjoni ohra, kien Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ambjent u Eleanor Ciantar, li ghadha ufficjali pubbliku sal-llum u hija mart l-istess Christopher Ciantar.

Il-Qorti tal-Appell, fil-5 ta’ Ottubru 2018, ikkonfermat illi l-istejjer pubblikati fl-Orrizzont ma kellhomx mis-sewwa u kienu intizi biss biex ihammgu r-reputazzjoni tal-imsemmija koppja Ciantar.

Il-Qorti tal-Appell qalet fost ohrajn,

Meta l-qorti tqies il-kwantita ta’ fatti allegati u li baqghu ma gewx ippruvati, ma tistax tikkonkludi li kien gust li jinghad li l-attur kien abbuza mill-kariga tieghu ta’ Segretarju Permanenti sabiex jiffavorixxi lil martu, u li l-attrici kienet abbuzat u gawdiet minn beneficcji li ma kinitx tgawdi li kieku zewgha ma kienx jokkupa dik il-kariga.

Mid-deposizzjoni tal-appellant (Josef Caruana) il-qorti mhijiex f’posizzjoni li tikkonkludi li kien agixxa b’mod professjonali u in bona fede.

Il-koppja Ciantar kienet assistita mill-Avukat Ian Spiteri Bailey ta’ SB Advocates.

 

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.