Titwaqqaf għaqda għall-avukati li jaħdmu fil-liġi tal-impjieg

 

Fl-aħħar jiem twaqqfet f’Malta il-Malta Employment Lawyers Association (MELA), għaqda li tiġbor fi ħdanha avukati li jaħdmu jew għandhom interess fil-qasam tal-liġi tal-impjieg. L-għan tal-għaqda huwa li toffri vuċi magħquda fi proċessi ta’ konsultazzjoni mal-gvern jew awtoritajiet kompetenti oħra, partikolarment fl-applikazzjoni ta’ liġijiet u regoli dwar il-liġi tal-impjiegi.

L-ewwel membri tal-MELA huma l-avukati Matthew Brincat li huwa ukoll iċ-Ċerpersin, Andrew Borg Cardona, Christine Calleja, Charlotte Camilleri, Lorna Mifsud Cachia, Ian Spiteri Bailey, Karl Briffa, Lara Pace u Paul Gonzi.

Sħubija fil-MELA hija miftuħa għal dawk l-avukati kollha li jaħdmu primarjament fil-qasam tal-liġi tal-impjiegi.

Ian Spiteri Bailey gie elett Vici-President tal-M.E.L.A.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.