Il-PM – Genituri bi tfal morda jrid ikollhom dritt ghas-sick leave

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-emendi ghal-ligi dwar l-impjiegi u relazzjonijiet industrijali ghandhom idahhlu drittijiet ta’ sick leave ghal impjegati li jkollhom ulied ma jifilhux u ghal leave estiz ghal impjegati li jkunu ghaddejjin mill-marda tal-kancer. Dr Muscat qal dan f’konferenza li ddiskutiet proposti ghat-tibdil fil-ligi tar-relazzjonijiet industrijali li saret 14-il sena ilu.

F’konferenza li ddiskutiet ir-revizjoni tal-ligi dwar il-kundizzjonijiet tal-impjiegi u relazzjonijiet industrijali, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din il-ligi trid tara kif ser ikun hemm mekkanizmu li jaghti dritt ta’ sick leave lill-impjegat meta wliedhom ikunu ma jifilhux u ghal meta l-impjegat ikollu bzonn sick leave estiz minhabba li jkunu ghaddejjin mill-marda tal-kancer.

‘’Il-messagg tieghi hu li f’qasam tax-xoghol li hemm aktar nisa jahdmu, irridu naghtu kaz li l-haddiem hija mara, u li jekk tgawdi l-mara, igawdi r-ragel ukoll, attitudni aktar flessibbli u aktar globali.’’

Il-Prim Ministru appella ghal consensus bejn il-Unions u dawk li jhaddmu fuq-iz-zieda fil-paga minima. Dr Muscat qal li l-ligi dwar l-impjiegi u relazzjonijiet industrijali trid tanticipa sfidi li jistghu jizviluppaw fis-suq tax-xoghol. Il-Prim Ministru qal li din trid tirrifletti r-realtajiet tal-lum, fosthom z-zidiet qawwija fit-tkabbir ekonomiku u fl-impjiegi.

Dwar il-prekarjat, il-Prim Ministru qal li dan naqas hafna, u issa l-isfida hi l haddiema li jahdmu l-istess xoghol ikollhom l-istess kundizzjonijiet u mhux ikun hemm diskrepanza bejn il-haddiema tal-Gvern u tal-kuntrattur.

Dr Muscat appella wkoll biex l-employers kollha ikun imsiehba ma’ assocjazzjoni ghaliex qal li l-problemi qed jinholqu meta l-employer mhux imsieheb f’assocjazzjoni.

Fl-intervent fil-konferenza, il-Ministru ghad-Djalogu Socjali Helena Dalli qalet li l-Gvern mhux se jmexxi politika li taljenah mir-ruh socjali u allura din il-ligi trid tindirizza l-bzonnijiet ta’ kulhadd. Dr Dalli qalet li fi tlett snin il-Gvern investa €18-il miljun biex itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiem.

Il-konferenza li ghaliha attendew l-imsiehba socjali, iddiskutiet fost ohrajn id-drittijiet tal-haddiema f’kaz ta’ sensji, dwar hlas indaqs ghal xoghol ta’ valur indaqs u l-perjodu tal-probation. Gew diskussi wkoll il-kwistjoni tal-leave ghall-mard u ghall-korriment, il-hlas tas-sahra u xoghol fil-btajjel pubblici, u qafas aktar sistematiku f’kaz ta’ azzjoni industrijali.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.