Kawza fil-Qorti tal-Appell Kriminali

Permezz tad-decizjoni mill-Qorti tal-tal-Appell Kriminali moghtija fil-21 ta’ Jannar 2016 ta’ Ottubru 2015, fl-ismijiet Pulizija vs Caroline Sammut  il-Qorti lliberat lill-appellanta minn kull htija u imputazzjoni.

Il-Qorti kkunsidrat l-akkuzi illi l-appellanta kienet qed taffaccja kienu li kisret il-bon ordni jew il-paci pubblika b’ghajjat u storbju, insulentat, heddet jew ingurjat bi kliem jew mod iehor, u naqqset milli tobbdi l-ordinjiet legittimi moghtija lilha mill-Pulizija, u fl-Ewwel Qorti kienet wehhlet piena komplessiva ta’ mitejn Ewro multa.

Fl-appell, id-decizjoni giet mibdula u l-appellanta giet liberata minn kull akkuza u htija.

Il-Qorti regghet ghamlet apprezzament mill-gdid tal-provi ghaliex sfortunatament l-isfond ta’ dan il-kaz isib il-qofol tieghu f’disgwid familjari bejn ommu u bint fejn izzeffnet fin-nofs l-appellanta.

F’dan il-kaz il-Qorti kienet tal-fehma illi l-ingurja maghmula mill-appellanta Caroline Sammut ma kenitx teccedi il-limiti tal-provokazzjoni fic-cirkostanzi li fih sehh dana l-incident fejn il-kliem ingurjuz inghad bhala ritorsjoni ghal kliem li inghad filkonfront taghha u ghalhekk fit-termini ta’l-artikolu 339(1) (e) tal-Kodici Kriminali dik l-ingurja ma kinitx tammonta ghal reat kontravvenzjonali.

Il-Qorti qalet ‘’Huwa ben assodat f’dan il-kaz illi l-incident sehh gewwa ghassa tal-pulizija post fejn ic-cittadin jirrikorri sabiex jigi imrazzan il-ksur tal-ordni pubblika. L-ghemil tal-appellanti ghalhekk ma seta qatt iwassal sabiex ikun hemm dak it-thassib jew biza dwar l-inkoluminita fizika tal-persuna jew tal-propjeta’, tant illi hekk kif kien hemm imqar minimu ta’ reazzjoni ghall-ghemil ta’ dawn in-nies li kienu involuti f’argument, il-pulizija prezenti gewwa l-ghassa razznu din l-imgieba minnufih. Di piu ma jidhirx illi l-appellanti kienet qed taghmel xi storbju permezz ta’ ghajjat jew glied ghaliex il-pulizija stess jishqu illi kull ma ghamlet kien li ghaddiet il-kummenti fil-konfront ta’ Bonnici fejn fost ohrajn uzat il-kelma “pulcinell”. Il-pulizija jidher li kellhom jintervjenu biss meta Bonnici hebb ghaliha f’nofs l-argumenti li kienu ghaddejjin bejn il-membri kollha ta’ din il-familja prezenti gewwa l-ghassa tal-Pulizija.’’

Ghal dawn il-motivi l-appell gie milqugh u s-sentenza impunjata moghtija mill-Ewwel Qorti fid-9 ta’ Marzu 2015 giet revokata. Il-Qorti ghalhekk illiberat lill-appellanta minn kull htija u imputazzjoni.

L-appellanta f’din il-kawza  kienet rrapprezentata mill-Avukat Ian Spiteri Bailey.

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.