Kuntratti Ghandhom Jigu Ezegwiti in Buona Fede

Permezz tas-sentenza minnha moghtija fis-6 ta’ Ottubru 2015 fl-ismijiet David Santillo u martu Jacqueline Santillo vs Jesmond Tonna u Malta Dairy Products Limited (Rik. Nru. 3/12SM) il-Prim Awla tal-Qorti Civili sostniet illi l-partijiet fuq kuntratt huma dejjem obbligati jagixxu in buona fede meta jikkonkludu ftehim.

Dan il-kaz kien jittratta ftehim milhuq fis-sena 2006 bejn l-atturi konjugi Santillo u l-intimat Jesmond Tonna dwar trasferiment ta’ agenzija tal-halib – il-prezz miftiehem kellu jithallas mill-istess atturi fuq medda ta’ hames snin. Sussegwentement irrizulta illi l-intimat Jesmond Tonna kellu dejn sostanzjali mal-kumpanija Malta Dairy Products Ltd, b’dan illi ma setax isir it-trasferiment tal-agenzija ghal fuq isem l-attur kif kien miftiehem bl-iskrittura hawn imsemmija.

Il-Qorti osservat illi l-intimat Tokien heba l-posizzjoni finanzjarja tieghu kif hawn indikat u hekk naqas milli jimxi in buona fede mal-atturi kif huwa obbligat illi jaghmel skond il-ligi. Fic-cirkostanzi l-Qorti hawn imsemmija laqghet it-talbiet quddiemha mressqa mill-atturi konjugi Santillo u ordnat illi fi zmien xahar l-intimat jiehu dawk il-passi kollha necessarji sabiex l-agenzija tinqaleb fuq isem l-istess atturi u dawn jigu rikonoxxuti mill-kumpanija Malta Dairy Products Limited.

L-atturi f’din il-kawza kienu rapprezentati mill-Avukati Ian Spiteri Bailey u Victoria Cuschieri.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.