Kawza fit-Tribunal Ghal Talbiet Zghar Iddikjarata Nulla

Permezz tad-decizjoni minnu moghtija fis-6 ta’ Ottubru 2015 it-Tribunal Ghal Talbiet Zghar iddikjara illi l-kawza fl-ismijiet Claude Cassar vs Micra Limited (Talba Nru 435/15JB) hija proceduralment inammissibbli.

It-Tribunal f’din il-kawza kkunsidra kwistjoni ta’ procedura fil-parametri tal-ligi specjali illi tirregola talbiet illi jitressqu quddiem it-Tribunal Ghal Talbiet Zghar (Kapitolu 380 tal-Ligijiet ta’ Malta). It-talba illi hawnhekk tressqet minn Claude Cassar kienet identika ghal talba ohra maghmula mill-istess attur f’kawza precedenti illi kienet giet minnu ceduta – ma kienx ikkontestat illi z-zewg kawzi kienu jikkoncernaw l-istess partijiet, l-istess talba u l-istess premessi.

Filwaqt illi t-Tribunal ghamel ezami tal-principji relattivi u rrefera b’mod partikolari ghar-Regolament 8 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 380.01, ikkonkluda ‘li bil-kawza odjerna l-attur rega’ ippropona azzjoni li kien ceda u l-ligi specjali li tirregola l-procedura ta’ dan it-Tribunal, dan ma tippermettihx’.

Ghal din ir-raguni t-talba hekk imressqa mill-attur Claude Cassar giet michuda.

Il-kumpanija intimata MICRA Limited kienet f’din il-kawza rrapprezentata mill-Avukati Ian Spiteri Bailey u Victoria Cuschieri.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.