Fil-kawza fl-ismijiet Carmen Braddick Southgate et vs Teresa sive Tessie mart Harry Cassar et deciza fis-7 ta’ Ottubru 2015 (Cit. Nru. 910/2004AF), il-Prim Awla tal-Qorti Civili ddikjarat illi disposizzjoni ta’ dizeredazzjoni maghmula minn Carmelo Scerri fit-testment sigriet datat l-20 ta’ Novembru 1998 ma tiswiex.
L-atturi Carmen Braddick Southgate u huha Joseph Scerri – it-tnejn ulied il-mejjet Carmelo Scerri – kienu gew dizereditati mill-istess missierhom permezz tat-testment sigriet fuq indikat minhabba allegat ‘mohqrija mentali, malafama u anke talli wara l-mewt ta’ ommhom ma riedu bl-ebda mod jiffirmaw id-dokumenti necessarji mal-banek halli jkun jista’ jgawdi l-usufrutt lilu mholli minn martu ta’ gidha li minhabba hekk kellu joqghod jitallab il-karita’ minghand iz-zewg uliedi l-ohra’.
Il-Qorti, filwaqt illi nnutat illi r-relazzjonijiet familjari bejn il-partijiet ‘ma kienux idejali’ u rreferiet ghall-Artikolu 623 tal-Kodici Civili illi b’mod car jelenka dawk ic-cirkostanzi illi fihom testatur jista’ jaqta’ barra mill-wirt, ikkonkludiet illi mill-provi illi tressqu quddiemha ma kienux ingiebu provi sufficjenti mill-eredi l-ohra (ukoll ulied l-istess Carmelo Scerri) sabiex tigi gustifikata d-diseredazzjoni tal-atturi.
Permezz tad-decizjoni fuq indikata, l-Prim Awla tal-Qorti Civili hekk iddikjarat illi l-atturi huma ntitolati ghall-legittima mill-wirt ta’ missierhom.
L-Atturi f’din il-kawza kienu rapprezentati mill-Avukati Ian Spiteri Bailey u Victoria Cuschieri.