DISKORS FL-OKKAZJONI TAL-EWWEL SEDUTA TAL-IMHALLEF DR LAWRENCE MINTOFF

Sur Imħallef

Eċċellenza Sinjura Agent President Dolores Christina

Sur Prim Imhallef

Onorevoli Mr Speaker Dr Angelo Farrugia
Onorevoli Ministru għal Ġustizzja Dr Owen Bonnici

Onorevoli Shadow Minister
Sinjuri Imħallfin u Maġistrati

Sur Avukat Generali Dr Peter Grech
Sinjuri Presidenti Emeriti
Sinjuri Prim Imħallfin Emereti u Imħallfin Emeriti
Sinjuri Avukati u Prokuraturi Legali
Sinjuri,

Bħala Viċi President tal-Kamra ta’ l-Avukati, u ghalhekk f’isem l-Avukati, ma nistax ma nibdix billi nawguralek għall-ħatra tiegħek fil-kariga ta’ Imħallef. Kariga tassew sabiha u prestigjuza f’dan il-pilastru tant important minn tlieta illi jsawwru is-socjeta` demokratika illi ahna nghixu fiha.

Meta nghatajt il-gurament tal-hatra, mezzi tax-xandir lokali ikkwotawk tghid illi kont ser taqdi l-inkarigu gdid tieghek b’onesta`, b’imparzjalita`, b’gustizzja u b’ugwaljanza. Tassew kwalitajiet sbieh illi ma hemmx dubbju, jekk zzomm ma’ kelmtek, sejrin isawwru fik Imhallef tajjeb.

Nazzarda nghid pero` illi dawn huma biss ftit mill-kwalitajiet sbieh illi jaghmlu Imhallef tajjeb – hemm hafna aktar kwalitajiet illi sincerament inhoss illi ma ghandhomx jigu skartati. U ghax qed nawguralek mill-qalb illi inti tkun Imhallef tajjeb, ippermettili naqsam mieghek ftit hsibijiet fuq uhud mill-kwalitajiet illi nahseb illi huma ta’ importanza kbira biex biex Imhallef jitqies tajjeb.

Inkun qed nghid l-ovvju jekk insemmi illi fil-hidma tieghu, gudikant ma ghandux ihares lejn ucuh, kulur, twemmin, razza, sess jew kwalsiasi fattur iehor illi facilment jista’ jwassal gudikant ma jibqax imparzjali. Imma filwaqt illi dejjem sostnejna illi gudikant ghandu jkun imparzjali,  ippermettili nghid illi fl-opinjoni tieghi, gudikant tajjeb fil-fatt ghandu jkun parzjali – parzjali favur is-sewwa, parzjali favur il-haqq u parzjali favur il-gustizzja. It-tiftix ghal dak li huwa mis-sewwa u skond il-haqq jibqa` dejjem imperattiv. Sur Imhallef, tibzghax tfittex il-verita`. Iddeciedi dejjem favur dak li huwa skond il-ligi, dak li huwa skond is-sewwa. Zomm dejjem il-boghod minn kull pressjoni u pregudizzju li jista` jkollok.

Kwalita` ohra li jiena nemmen fermament illi ghandu jkollu Imhallef tajjeb hija l-integrita`.

Imhallef integru huwa dak li ma jigix influenzat mill-passat jew mill-present tieghu li jkunu ghagnu u bnew l-identita` tieghu, tal-Avukati u/jew tal-partijiet li ghandu quddiemu, li ma jigix influenza mic-cirkostanzi socjo-politici li jkunu qed jahkmu lil pajjizna, li ma jigix influenzat minn min ghandu dritt jesprimi ruhu f’socjeta` demokratika, minn min ghandu l-obbligu illi jitkellem car u jaghmel il-kritika dovuta imma serja u onesta anke dwar il-qasam tal-Gustizzja.

Ghal Imhallef tajjeb u integru mhux importanti min ghandu quddiemu, jekk hux partijiet jew avukati – ghandu BISS japplika il-ligi kif inhi ghas-sitwazzjoni fattwali li jkollu quddiemu.   Imhallef integru huwa dak l-Imhallef illi ma jaghmilx dak li fil-fond ta’ qalbu jkun jaf illi huwa hazin, mhux mis-sewwa u fuq kollox mhux skond il-haqq u l-gustizzja.

Sur Imhallef, hemm kwalitajiet ohra li nemmen li jsawwru gudikant tajjeb, fosthom, li Imhallef jkun kapaci jikkomunika. Dan necessarjament ifisser illi Imhallef tajjeb ghandu jkun kapaci jfisser lilu nniffsu tajjeb, ghandu jkun kapaci jfiehem u jinftiehem meta jesprimi ruhu, kemm meta jitkellem f’awla miftuha u kif ukoll meta jaghti d-decizjonijiet tieghu. Imhallef tajjeb ghandu jikkomunika b’lingwagg car, ghandu jqis id-diskors mitkellem u miktub tieghu u ghandu dejjem ifittex illi d-diskors jkun msejjes fuq dak li tghid u trid il-ligi. M’ghandiex xi nghidu,  il-kwalita` sabiha illi tikkomunika tinkludi ukoll dik illi tisma`, tisma` bir-reqqa, tisma` lil kullhadd u tisma` b’mohh miftuh illi dak li qed jinghad jista` jghinek tiehu decizjoni ghaqlija, giusta u ekwa.

Nemmen bis-shih fl-Edukazzjoni kontinwa bhala kwalita` ohra illi taghmel Imhallef tajjeb – u ghalhekk, Sur Imhallef, iftah idejk ghal kull opportunita` li jkollok biex titghallem aktar, biex taggorna ruhek, biex izzomm lilek inniffsek aggornat mat-tibdiliet  leglislattivi li jkunu qed isehhu u li jkunu ser jaffettwawk fl-amministrazzjoni tieghek ta’ din l-istituzzjoni tal-Gustizzja li tinsab ghal qalbna lkoll. Sakemm sservi fil-Prim Istanza Sur Imhallef, isma` u hu konjizzjoni tad-decizjonijiet tal-Qrati tal-Appell taghna.

L-imparzjalita`, l-integrita`, il-komunikazzjoni u l-edukazzjoni kontinwa – ma nistghax ma nabbraccjax dan kollu, dawn il-kwalitajiet kollha li semmejt, fil-kuntest ta’ kwalita` specjali li ntenni jiena illi hija l-aktar importanti – is-sens uman li ghandu jkollu Imhallef. Biex Imhallef ikun uman, huwa necessarju illi fl-amministrazzjoni tieghu tal-Gustizzja, il-gudikant ikun kalm, kompost, trankwill, u seren fil-qadi ta’ dmirijietu.

Sur Imhallef, jiena napprezza u naghti valur lil kollox, imma dawn l-attribwiti li semmejt trid tfittixhom u thaddimhom inti, ghax ebda kummissjoni, ebda rapport, ebda riforma, ebda diskors, ebda statistika ma ttiehomlok. Li tmexxi l-Awla b’serenita`, igifieri, li tkun kompost, li tkun serju, li tkun trankwill u fuq kollox illi tkun uman – dawn ma jtihomlok hadd – trid tahdem ghalihom int kulljum.

Nawgura mill-qalb illi l-Awla tieghek tkun wahda minn dawk fejn ix-xoghol isir b’serjeta` u b’dinjita`, imma jsir ukoll u fuq kollox f’ambjent uman.

Fejn dahka, meta bzonnha, ma tkunx skarsa.

Fejn apprezzament meta necessarju ma jkunx meqjus zejjed.

Fejn kelma zejda tigi evitata, fejn kummenti zejda mit-Tribuna jew mill-Avukati ma jsirux.

Fejn l-Imhallef jifhem illi Avukat huwa ukoll tad-demm u l-laham u jista` jizbalja, fejn Imhallef jifhem illi Avukat jista` jkollu n-no day tieghu, fejn Imhallef jifhem illi Avukat jista` ukoll jkollu problemi, jekk hux ta’ sahha, jekk hux familjari, jekk hux fl-ufficcju tieghu, problem li jistghu ukoll jaffettwaw ir-rendiment tal-Avukat.

Fejn Imhallef jifhem illi minkejja anke appuntament miftiehem, l-Avukat jista` jinqalalu appuntament l-iskola ta’ uliedu li ma jkunx jista` jitlef, jista` jkollu xi familjari l-Isptar jew ikollu bzonn ta’ gurnata leave bhal kull haddiem iehor.

Fejn Imhallef jifhem illi f’cirkostanzi bhal dawn, la ghandu jbghati l-Avukat u lanqas il-klijent tieghu.

Fejn Imhallef jifhem illi anke hu jista` jizbalja jew ikun zbaljat.

Fejn Imhallef izomm u jippretendi illi tinzamm d-dixxiplina fl-Awla u bi dritt jippretendi imgieba xierqa u korretta minn ghand l-Avukati, imma mhux illi Avukat ihossu diehel fl-Awla qisu diehel f’habs.

Fejn diskors dispreggjattiv lejn gudikanti ohra jew Avukati ma jinstema` qatt, fejn kwalsiasi diskors jew agir zejjed ma tarah u ma tisimghu qatt.

Din hi l-Awla li nawguralek illi tahdem fiha fix-xhur u s-snin li gejjin. Awla fejn ikun hemm dejjem is-sens reciproku tar-rispett, tal-ammirazzjoni, tas-sugizzjoni, tar-reverenza u tal-istima gholja.

Ghaliex f’ambjent seren, f’awla umana, f’arja trankwilla, l-Imhallef u l-Avukat jahdmu ahjar, u b’hidma ahjar ifisser Gustizzja ahjar u Gustizzja ta’ veru.

Sur Imhallef, fil-presenza tal-familja sabiha tieghek migbura mieghek hawnekk illum, fil-presenza tal-familjari, hbieb, kollegi u professjonisti legali presenti, f’din il-gurnata sabiha u ta’ ferh ghalik, imma ukoll f’din il-gurnata illi tfisser il-bidu ta’ triq gdida illi inti sejjer timxi, triq illi minnha ser tghaddi b’hafna esperjenzi diversi, uhud sbieh, uhud anqas sbieh, li minnha ser tghaddi kultant b’solitudini, kultant b’tertieq ta’ qalb, kultant b’diffikultajiet – nawguralek illi zzomm dejjem quddiem ghajnejk il-valuri sbieh illi inti trabbejt fihom u li tawk il-genituri tieghek, liema valuri kattarthom u zewwaqthom flimkien man-nies ta’ mawdarek presenti hawnekk illum. U fil-kuntest ta’ dak li ghidt aktar qabel, issib l-Avukatura mieghek u warajk f’din il-mixja sabiha li ser tibda llum.

Jiena perswaz illi jekk tghozz il-kwalitajiet li tkellimna fuqhom illum, u maghhom tant u tant ohrajn importanti – allura il-mixja tieghek fil-hajja tal-Gudikatura sejra tkun success, u nawgura illi l-Bambin itini s-sahha u l-ghomor sabiex meta dan il-piz li l-istat ghabbiek bih, tkun qdejtu u nergghu ningabbru ghall-ahhar seduta tieghek, jiena nhares lura u nghid illi dan Lawrence Mintoff qeda` dmiru tajjeb, kien Imhallef tajjeb, kellu Awla tajba u ghamel gustizzju kif misthoqq.

Mill-qalb, NAWGURALEK KULL SUCCESS.
Grazzi.
Ian Spiteri Bailey
Vici-President Kamra ta’ L-Avukati 29/10/2014

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.