Speech delivered by IAN SPITERI BAILEY on the occasion of the 1st sitting of the New Judge, Judge Antonio Mizzi

DISKORS FL-OKKAŻJONI TA’ L-EWWEL SEDUTA TA’ L-IMĦALLEF
DR ANTONIO MIZZI

Sur Imħallef
Eċċellenza Sur President
Onorevoli Segretarju Parlamentari għal Ġustizzja
Sur Prim Imħallef
Sinjuri Imħallfin u Maġistrati
Sinjuri Presidenti Emeriti
Sinjuri Prim Imħallfin Emereti u Imħallfin Emeriti
Sinjuri Avukati u Prokuraturi Legali
Sinjuri,

Bħala Viċi President tal-Kamra ta’ l-Avukati, fin-nuqqas tal-President Dottor Balzan li jinsab imsiefer, iżda li wassal it-tislijiet tiegħu, b’unur nghid illi mess lili, illi għan-nom tal-Avukati shabi u kollegi tieghi, nawguralek għall-ħatra tiegħek fil-kariga ta’ Imħallef.
Wara tmien snin prattika fl-Avukatura, segwita b’sitta u ghoxrin sena fuq il-bank tal-Maġistratura, issa għandek l-unur u l-privileġġ, imma ukoll il-piż, li tifforma parti ukoll mill-bank tal-Imħallfin. Pass ieħor fil-karriera twila legali tiegħek.
Awla 2 – nibqgħu dejjem niftakruha bħala l-Awla tal-Maġistrat Mizzi. Awla illi int dejjem mexxejt b’tant dedikazzjoni u awla illi rat eluf ta’ kawżi, uħud ta’ portata kbira u oħrajn iżgħar.
Awla, bhal kull Awla oħra, li minnha l-Avukati, il-pubbliku, il-partijiet, il-Pulizija, l-imputati, daqqa ħarġu minnha jaqqblu mad-deċiżjoni tiegħek u daqqa ma jaqqblux, daqqa fehmu l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-ligi kif minnek amministratata u daqqa le – imma naħseb illi nkun qed nesprimi sentiment ġenerali u komuni jekk ngħid illi mill-Awla tiegħek, pubbliku, prosekuturi, xhieda, esperti u Avukati dejjem ħarġu b’rispett lejn l-Awtorita’ tal-Qorti u rispettati mill-Awtorita’ tal-Qorti.
Sur Imħallef, IR-RISPETT, valur illi inti dejjem ħaddant u li dejjem urejt mal-kollegi tieghek, mal-Avukati, mal-ufficcjali tal-Qorti, mal-pubbliku, mal-partijiet f’kawzi quddiemek – dan il-valur zgur li ha tibqa` thaddnu u tiehdu mieghek fuq il-bank tal-Imhallfin.

IR-RISPETT – valur, illi ma jigix wahdu izda illi wiehed irid jahdem hafna biex jiksbu u jahdem aktar biex izommu. Ir-Rispett, il-qofol ta’ dak kollu li ahna naghmlu jekk inridu naghmluh bis-sewwa, bil-ghaqal u kif ghandu jkun.
Jiddispjacini ninnota, illi b’mod ġenerali, ir-rispett fil-professjoni tagħna naqas. B’dispjacir, xi drabi nara u nosserva nuqqas ta’ rispett bejn il-ġudikanti. Nosserva nuqqas ta’ rispett bejn l-Avukati. Nara u nghix rigress fir-rispett bejn l-ġudikatura u l-Avukati, u fuq kollox bejn il-pubbliku u l-Avukati u l-Ġudikatura. Insomma, b’mod generali nhoss illi fil-kamp taghna, fil-professjoni taghna, fix-xoghol taghna, naqas ir-rispett li kien qabel il-qofol tal-hidma taghna, tal-professjoni taghna.
It-tort huwa tagħna lkoll u tagħna biss. Ejja npoġġu, aħna lkoll, idejna fuq il-kuxjenza tagħna u nassumu r-responsabbilita’ għal dan in-nuqqas ta’ rispett.
Izda filwaqt illi nagħmlu dan, Sur Imħallef, nħarsu il-quddiem u nagħmlu kuraġġ.
Nindirizza lilek f’din l-okkażjoni speċjali tiegħek, għax naf u nemmen illi inti għandek il-kwalitajiet kollha, biex bħala Imħallef, trawwem dejjem aktar dan il-valur tar-rispett u tinstilla fil-kamp legali, l-ingredjenti sabiex nrawwmu u nkabbru ir-rispett li lkoll jixirqilna.
Hemm ftit kwalitajiet illi jibqghu dejjem importanti biex nkabbru u nrawwmu ir-rispett illi jixraq lil-professjoni Legali.
Qabel xejn is-self-respect, ir-rispett lejna nfusna, b’mod individwali imma ukoll b’mod kollettiv. Mahatma Gandhi kien qal – “I cannot conceive of a greater loss than the loss of one’s self-respect”.
Qabel xejn u qabel kollox, il-bank tal-Gudikatura irid u ghandu jahdem dejjem biex jirrispetta u jibqa’ rispettat. Min jien jiena biex nghid dan – Imma fil-limitazzjonijiet tieghi, ippermettili, ser nesprimi ftit hsibijiet.
Fi ftit kliem biss, inhoss illi dan ghandu jsir billi jkun hemm mgieba tajba, billi l-gudikatura taghmel kollox fil-kuntest ta’ dak kollu li ghandu mis-sewwa u mill-haqq, billi jkunu ezemplari fl-imgieba taghhom u billi jharsu il-gurament tal-hatra li jkunu hadu.
Ghandu jkun rispettat dak kollu li huwa sewwa, li ghandu mis-sewwa, li huwa tajjeb u li ghandu mit-tajjeb, u ghandna nirrezistu bil-qawwa kollha dawk il-kurrenti kollha illi llum jittantaw jaqilbu d-dinja ta’ taht fuq, donnu illi s-sewwa sar hazin u l-hazin sar sewwa, donnu li illum xejn mhu xejn, donnu illi llum, hadd ma jerfa` l-piz tar-responsabbilita` illi wiehed ghandu jgorr.
Il-kortesija, l-armonija, l-umilta’, il-lealta’, il-paċenzja, il-kuraġġ u l-onesta’. Sur Imhallef, valuri dawn illi kienu għoddha f’idejk fuq il-bank tal-Magistratura, ħudhom miegħek fuq il-bank tal-Imhallfin, rawwimhom u indukrhom. Ibqa’ rrispetta lilek inniffsek sabiex tibqa’ tigi rispettat. Ibqa’ ahdem biex tibqa’ rispettat u qatt tghid illi ghamilt bizzejjed jew li wasalt.
Dan kollu Sur Imhallef, japplika ugwalment ghalina l-Avukati. Sfortunatament, jidhirli jiena, naqas ukoll ir-rispett taghna l-Avukati stess lejn il-professjoni taghna. Ir-rispett, qabel xejn lejn xulxin, ir-rispett lejn il-gudikatura, ir-rispett lejn il-klijenti taghna.
Hawnekk ukoll, ahna l-Avukati ghandha npoggu idejna fuq il-kuxjenza taghna u nammettu illi dan huwa t-tort taghna u taghna biss. Aħna l-Avukati, għandha ukoll ngħożżu l-istess valuri tal-kortesija, l-armonija, l-umilta’, l-lealta’, l-kuraġġ u l-onesta’. Imma fuq kollox, aħna l-Avukati għandu jkollna valur ieħor illi llum nħoss illi naqas, dak tas-SUGIZZJONI. Ir-rispett lejn l-Awtorita’. Suġizzjoni li tagħmilna aktar umli, ubidjenti u leali lejn l-Awtorita’ tal-Qorti. Sugizzjoni fil-kuntest pozittiv taghha – illi tghina lilna l-Avukati nirrispettaw dejjem aktar l-Awtorita tal-Qorti, nirrispettaw dejjem aktar lil xulxin u fuq kollox, tghinna ukoll nigu aktar rispettati mill-istess Awtorita’ tal-Qorti u minn shabna kollegi.
Kultant kemm imbaghtu ahna l-Avukati biex bejnietna jew mal-gudikanti nghidu GRAZZI. Kemm inbaghtu biex nghidu SKUZANI. Li nizbaljaw u nonqsu lil xulxin huwa uman – imma li nissuppervjaw ma xulxin jew mal-gudikant huwa zball li ma ghandux ikun. Is-suppervja, minn naha jew minn ohra, hija hazina, mhux mis-sewwa u tista` biss twassal biex ikompli jonqos ir-rispett lejn il-professjoni taghna.
L-Avukati u L-Prokuraturi Legali ghandhom dejjem jirrispettaw u josservaw il-Kodici ta’ Etika li jirregolhom. Ghandhom dejjem jaghmlu ghazliet favur il-professjoni. Ghandhom jifmhu u jirrezistu hsieb modern illi l-professjoni hija negozju. Jekk l-Avukat irid jifforma parti mill-amministrazzjoni tal-gustizzja, mit-tiftix ghall-verita`, allura ghandu jfittix dejjem illi jikkomporta ruhu ta’ Avukat professjonist u bhala ufficjal tal-Qorti u mhux mod iehor.
Gudikanti u Avukati flimkien ghandhom jahdmu biex jergghu jirriprestinaw ir-rispett illi dejjem gawdiet is-sistema gudizzjarja taghna mill-pubbliku. Hekk biss, illi lkoll nkunu strumentali biex il-pubbliku jerga’ jikseb ir-rispett lejn l-Awtorita’ tal-Qrati.
Lkoll flimkien, Sur Imhallef, bil-pacenzja u bil-ghaqal, bl-armonija u bil-lealta’, bil-kuragg u bl-onesta’ nasslu. Nasslu flimkien ghax huwa fl-interess taghna lkoll illi nergghu niksbu r-rispett shih u komplut. Jiswa` ghalina lkoll illi nirrispettaw lil xulxin. Jiswa lilna lkoll illi nahdmu biex inpoggu l-valur tar-RISPETT fuq nett fost dawk il-valuri li jghinuna nahdmu u namministraw il-gustizzja.

Fejn hemm ir-rispett hemm l-armonija. Fejn hemm l-armonija, hemm is-serenita’. Fejn hemm is-serenita’ hemm l-umilta’. Fejn hemm l-umilta’, hemm l-onesta’. Fejn hemm l-onesta’, hemm il-kuxjenza nadifa. Fejn hemm dan kollu, Sur Imhallef, hemm Ġustizzja ta’ veru.
Sur Imhallef, fil-presenza tal-familja sabiha tieghek, is-Sinjura Onorevoli Marlene Mizzi u bintek kollega taghna Alexandra, fil-presenza ta’ familjari, hbieb, kollegi u Avukati presenti hawnekk, f’din il-gurnata ta’ ferh ghalik u ghal dawn kollha illi llum onorawk bil-presenza taghhom, nawguralek illi tkompli tittrasmetti, issa bħala Imħallef, dan is-sens ta’ rispett illi inti dejjem gawdejt u li dejjem ġibt lil ħaddieħor. Fuq kollox billi bhal Awla 2 – tara illi tamministra awla bil-pacenzja, bl-armonija, bis-serenita’, bil-kortesija u bl-umilta’.
Jiena perswaz illi dan inti ser taghmlu, ghax dawk is-26 sena esperjenza fuq il-bank tal-Magistrati taw prova illi dan inti kapaci taghmlu. L-elevazzjoni tieghek ghal bank tal-Imhallfin ghalhekk iqawwili qalbi u fehmti illi fuq il-bank tal-Imhallfin zdied Imhallef illi jaf jirrispetta u jixraqlu r-rispett.

Mill-qalb, NAWGURALEK KULL SUCCESS.
Grazzi.
Ian Spiteri Bailey
Vici-President Kamra ta’ L-Avukati 14/10/2013

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.