JOINT NEGOTIATING COUNCIL

Il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri u l-Imħallfin Noel Cuschieri u Giannino Caruana Demajo ikkonfermaw sentenza mogħtija minn Qorti ta’ Appell favur id-dritt li jitwaqqaf kunsill bejn il-Protezzjoni Ċivili.

L-Appell ċaħad it-talba tal-Gvern biex il-każ jerġa’ jinstema’ mill-ġdid, iżda l-Qorti tal-Appell deċiża mit-tliet Imħallfin qalet li mhemmx għalfejn li jerġa’ jkun hemm smigħ mill-ġdid.

Bid-deċiżjoni tal-Qorti għaldaqstant irid jitwaqqaf kunsill ta’ negozjati (joint negotiation council) bejn l-Assoċjazzjoni tal-Haddiema tal-Protezzjoni Ċivili u l-Gvern. Dan il-Kunsill irid jitwaqqaf fi żmien erba’ xhur.

Snin ilu l-assoċjazzjoni kienet tilfet kawża biex ikollha dan id-dritt. Iżda eventwalment, din id-deċiżjoni kienet mibdula mill-Qorti tal-Appell. Però, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien talab ritrattazzjoni mid-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Appell.

Id-deċiżjoni tar-ritratazzjoni ngħatat it-Tnejn filgħodu u għal darb oħra l-Qorti stabbiliet li l-Assoċjazzjoni tal-Haddiema tal-Protezzjoni Ċivili għandha d-dritt li ssemma leħinha fil-“Joint Negotiating Council”. Għall-ħaddiema deher l-Avukat Ian Spiteri Bailey.

(MaltaRightNow.com – 17.06.2013)

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.